L-Italja ħabret li mhux se tkun qed torganizza l-edizzjoni li jmiss tal-Junior Eurovision Song Contest. Dan minkejja li Vincenzo Cantiello rebaħ l-aħħar edizzjoni f’Malta.
Dan tħabbar f’dikjarazzjoni maħruġa fuq il-website uffiċċjali tal-Junior Eurovision Song Contest mill-Kontrollur Eżekuttiv Vladislav Yakovlev.
Jidher li l-aktar żewġ pajjiżi preferuti li jkollhom dan il-privileġġ li jorganizzaw l-Juniour Eurovision f’pajjiżhom huma l-Bulgarija kif ukoll Malta.
Tgħid Malta se jerġa’ jkollha l-opportunita’ li terġa torganizza dan l-ispettaklu?
//= $special ?>