L-Oppożizzjoni Nazzjonalista kompliet twettaq bidliet fil-ħidma parlamentari b’riżultat tal-bidla li ħabbar il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil aktar kmieni dan ix-xahar fix-Shadow Cabinet il-ġdid.
Ir-rappreżentanti tal-Oppożizzjoni fil-11-il Kumitati Permanenti tal-Parlament u fiż-żewġ Working Groups tal-Parlament, 13-il Kumitat ta’ ħidma, huma dawn:
Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra: Mario de Marco, Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament u Shadow Minister għall-Finanzi, u David Agius Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista u Kelliem dwar il-Gvern Lokal, Żgħażagħ u Sport.
Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi: Chris Said, Segretarju Ġenerali tal-PN u Shadow Minister għal Għawdex; u David Agius Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista u Kelliem dwar il-Gvern Lokal, Żgħażagħ u Sport.
Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej: Tonio Fenech, Kelliem għall-Affarijiet Barranin inkluż relazzjonijiet ma’ pajjiżi mhux tal-UE u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u Politika Mediterranja; Frederick Azzopardi, Kelliem dwar l-Affarijiet għal Għawdex, Francis Zammit Dimech, Kelliem għall-Immigrazzjoni, u Toni Bezzina, Kelliem għall-Agrikoltura u Sajd.
Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi: Tonio Fenech (Chairman), Mario de Marco, Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament u Shadow Minister għall-Finanzi; Claudio Grech, Shadow Minister għall-Ekonomija.
Meta jkun qed jiġi diskuss ir-rapport tal-Awditur dwar ix-xiri taż-żejt, il-Kumitat ikun immexxi f’isem l-Oppożizzjoni mix-Sadow Minister Jason Azzopardi, flimkien ma’ Beppe Fenech Adami, Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit u Shadow Minister għall-Intern, u Kirsty Debono, Kelliema dwar is-Servizzi Finanzjarji, IT u Gaming.
Meta tkun qed tiġi diskussa l-kwistjoni tal-Australia Hall, il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi jibqa’ mmexxi miċ-Chairman Tonio Fenech, flimkien ma’ Mario de Marco, Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament u Shadow Minister għall-Finanzi, u Claudio Grech, Shadow Miniser għall-Ekonomija.
Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali: Paula Mifsud Bonnici, Shadow Minister għall-Politika Soċjali; Robert Cutajar, Kelliem dwar il-Familja u Drittijiet tat-Tfal Anzjani u Persuni b’Diżabbiltà; u Stephen Spiteri, Kelliem dwar il-Housing u l-Ġlied kontra l-Faqar.
Meta tiġi diskussa l-immigrazzjoni irregolari, l-Oppożizzjoni tkun rappreżentata fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali minn Beppe Fenech Adami, Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit, Jason Azzopardi, Shadow Minister tad-Drittijiet taċ-Ċittadini, il-Ġustizzja u d-Demokrazija, u Francis Zammit Dimech, Kelliem dwar l-Immigrazzjoni.
Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet tal-Familja: Paula Mifsud Bonnici, Shadow Minister għall-Politika Soċjali; u Robert Cutajar, Kelliem dwar il-Familja u Drittijiet tat-Tfal Anzjani u Persuni b’Diżabbiltà.
Kumitat Permanenti dwar l-Afffarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji: Mario de Marco, Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament u Shadow Minister għall-Finanzi, Claudio Grech, Shadow Minister tal-Ekonomija; Kirsty Debono, Kelliema dwar is-Servizzi Finanzjarji, IT u Gaming; u Robert Arrigo, Kelliem dwar Negozji Żgħar, Manifattura, Kummerċ, Self-Employed u Koperattivi.
Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp: Marthese Portelli, Shadow Minister tal-Ambjent, l-Enerġija u Trasport; Ryan Callus, Kelliem għall-Ambjent, il-MEPA, Artijiet u Infrastruttura
Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa: Claudette Buttigieg, Shadow Minister għas-Saħħa; u Michael Gonzi, Kelliem għall-Kura Primarja u Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa.
Kumitat Permanenti dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika: Mario de Marco, Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament u Shadow Minister għall-Finanzi, u Claudio Grech, Shadow Minister tal-Ekonomija.
Grupp Parlamentari dwar il-Kapitali Ewropea tal-Kultura: Joseph Cassar, Kelliem għall-Kultura u l-Arti, u Clyde Puli, Kelliem għad-Drittijiet taċ-Ċittadini, Ugwaljanza, Djalogu Soċjali, Drittijiet tal-Konsumaturi, Drittijiet tal-Internet, Komunikazzjoni u Politika Awdjoviżiva.
Grupp Parlamentari dwar id-Dijabete: Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, Claudette Buttigieg, Shadow Minister għas-Saħħa; Marthese Portelli, Shadow Minister tal-Ambjent, l-Enerġija u Trasport; u Michael Gonzi, Kelliem għall-Kura Primarja u Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa; u Frederick Azzopardi, Kelliem dwar l-Affarijeit għal Gawdex.
Kumitat Permanenti dwar il-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġi: Il-membri tal-Oppożizzjoni jinbidlu skont il-liġi li tkun qed tiġi diskussa fil-Kumitat.
//= $special ?>