Internazzjonali Kurżitajiet

Qattusa ssalva tarbija abbandunata fil-kesħa tar-Russja

Tarbija tat-twelid li tħalliet abbandunata fir-Russja kienet salvata milli tiffriża u tmut, minn eroj mhux mistenni – qattusa mitluqa barra fit-triq.

Il-qattusa, bl-isem ta’ Marsha, telgħet fuq il-kaxxa li fiha t-tarbija tqiegħdet fiha u żammitha sħuna għal diversi sigħat hekk it-temperaturi niżlu taħt iż-żero.

Residenti fi blokk ta’ appartamenti sabu lill-qattusa mdawwra madwar it-tarbija li kienet kiesħa ħafna u tilgħaqilha wiċċha.

Nadezhda Makhovikova, li tgħix f’appartament f’Obninsk fir-reġjun ta’ Kaluga tar-Russja, fissret lil stazzjon tat-televiżjoni Russu, li hi niżlet it-taraġ wara li semgħet ħoss qisu ta’ qattusa.

“Meta nżilt, rajt li kien hemm tarbija tibki,” qalet Makhovikova.

Il-qattusa Marsha segwiet lill-paramediċi sal-ambulanza hekk kif ħadu lit-tarbija, tifel, sal-isptar.

Vera Ivanina, li hi paramediku, qalet li “l-qattusa kienet qisa inkwetata dwar fejn konna se nieħdu lit-tarbija; il-qattusa ġriet warajna…tant kienet kreatura naturali.”

It-tarbija, li nstabet bi ħwejjeġ nodfa u b’pakkett nappies, irriżultat qawwija u sħiħa, minkejja ħafna sigħat fil-kesħa.

Mindu salvat lit-tarbija, il-qattusa ġiet imfissda bl-ikel mir-residenti tal-blokk ta’ appartamenti.

Sadattant il-pulizija qed tfittex għall-ġenituri filwaqt li t-tarbija qed tingħata l-kura fi sptar.