Għal jumejn ir-residenti ta’ Triq L-Arznell f’San Pawl il-Baħar kellhom l-opportunita’ li jinġabru fuq il-bankina, bilqiegħda fuq sufan igawdu ż-żiffa ħelwa.
Dan hekk kif fuq il-bankina tat-triq inħareġ sufan bl-għan li jinġabar u jintrema. Madankollu, u x’aktarx kawża ta’ nuqqas ta’ ftehim dwar il-ġurnata li fiha kellu jinġabar, dan is-sufan għamel iktar minn jumejn fuq il-bankina.
Minn informazzjoni li għandu dan is-sit, sidt id-dar li quddiemha kien dan is-sufan talbet lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar biex jinġabar permezz tas-sistema’ tal-bulky refuse.
//= $special ?>