Żewġ persuni sofrew ġrieħi gravi u ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-01:00, fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Jidher li għal xi raġuni, waqt li l-karozza kienet sejra fid-direzzjoni ta’ Santa Lucija, is-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ma’ siġra fil-ġenb tat-triq, b’konsenwenza li l-karozza ġarbet ħsarat konsiderevoli.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, filwaqt li fil-karozza kien hemm ukoll mara ta’ 56 sena minn Raħal Ġdid.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lill-persuni l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
//= $special ?>