Futbol Sport

Robben b’idu nfaxxata – jgħid li gidmu kukkudrill

Ix-xena tal-winger internazzjonali Olandiż Arjen Robben b’idu nfaxxata qajmet kurżita’ fost is-segwaċi tal-futbol u kienu ħafna li staqsew x’ġara. Kien għalhekk li Robben innifsu fuq Twitter qata’ l-kurżita’:

Mort biex niġbor ballun minn toqba fil-ġenb tax-xmara, u gidimni kukkudrill.

Il-ġurnal Ġermaniż BILD kompla ma’ din il-verżjoni u rraporta li Robben għandu tlett’iswaba minfuħa wara li ngidem minn rettilu tal-ilma kbir.

Imma fil-verita’ din ir-raġuni ftit li xejn emmnuha. Jekk xejn għaliex Bayern Munich, it-tim li jilgħab miegħu Robben, jinsab għal kamp ta’ taħriġ fil-Qatar, fejn m’hemmx kukkudrilli.

Jidher li fil-verita’ Robben weġġa’ waqt li kien qed jitħarreġ fil-gym, hu u jerfa’ l-weights.