“Se nivvota favur id-deroga li ġibna aħna stess”, dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil waqt li kien qed jindirizz konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista dwar ir-referendum tal-kaċċa fir-rebbiegħa li se jsir fil-11 ta’ April li ġej.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li l-pożizzjoni tiegħu hija din, “Jiena mhux kaċċatur u nħobb l-ambjent u l-annimali. Imma jien kont personalment involut fin-negozjati. Jiena kont involut biex pajjiżna jakkwista d-dritt li nużaw id-deroga. Din id-deroga ma ġabiex Joseph Muscat. Din id-deroga ġibniha aħna. Ġibtha jien ukoll – għax kien hemm bżonnha. Wara li ġibniha jiena ddefendejtha għal snin twal, kemm hawn Malta kif ukoll fi Brussell. Għamilt dan għax għalija il-kelma hija kelma u ma tmurx lura minnha – u meta ngħid li l-politika għandha tkun politika onesta’, dan hu dak li nfisser”.
Simon Busuttil sostna li għaldaqstant, b’konsistenza ma’ dan, fir-referendum, “jiena se nivvota favur id-deroga” li tippermetti kaċċa b’mod limitat u kontrollat fir-Rebbiegħa.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni waqt li kien qed jindirizza lill-ġurnalisti qal “Jien se nivvota favur id-deroga li ġibna aħna stess, għaliex konsistenti. Joseph Muscat se jivvota favur id-deroga li ġibna aħna, wara li tant xewwex kontriha, għaliex huwa opportunist.”
Il-Konferenza tal-aħbarijiet se tixxandar fis-1.35pm fuq Net Television.
Aktar dettalji kif jaslulna ….
Segwu Maltarightnow.com, Radio 101 u Net Television għall-aħħar aħbarijiet.
//= $special ?>