L-awtoritajiet fil-Marokk qalu llum li rnexxielhom jeqirdu grupp ta’ militanti Iżlamiċi li kienu qed jibgħatu ġellieda fis-Sirja u fl-Iraq sabiex jingħaqdu mal-ISIS u jwettqu attakki meta jirritornaw f’art twelidhom.
Il-grupp, li hu l-aħħar minn serje ta’ gruppi radikali, kien attiv fil-belt ta’ Meknes u l-ibliet ta’ El-Hajeb u El-Hoceima fil-muntanji Rif.
Il-Ministeru għall-Intern tal-Marokk qal li l-mexxej ta’ dan il-grupp kien f’kuntatt mal-ISIS u kien bagħat il-voluntieri.
//= $special ?>