Futbol Sport

Siġġiewi jisilfu lil Luke Cassar għand Birkirkara F.C.

Il-midfielder ta’ 17-il sena ta’ Siġġiewi F.C. Luke Cassar se jingħaqad ma’ Birkirkara b’self sal-aħħar tal-istaġun.

Cassar kien jifforma parti mit-tim tal-kbar u ddebutta fit-Tieni Diviżjoni fl-eta’ ta 15-il sena. Matul dan l-istaġun hu kien jifforma parti mit-tim tal-minors u tal-kbar tas-Siġġiewi.

Ma’ Birkirkara, Luke mistenni jilgħab mit-tim tal-U/19s.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).