Diversi passiġġieri qed iħabbtu wiċċhom ma’ ħafna konfużjoni wara li l-mina taħt il-baħar li tgħaqqad lill-Ingilterra ma’ Franza ngħalqet sakemm joħroġ avviż ieħor wara inċident li fih trakk ħa n-nar.
Il-Eurostar qalet li s-servizzi kollha tagħha għal-lum tħassru u l-ferroviji rritornaw fl-istazzjonijiet taghhom.
Il-Eurostar qalet lin-nies li bi ħsiebhom jivjaġġaw biex jipposponu l-vjaġġi tagħhom u ma jmorrux fl-istazzjon.
Il-Pulizija ta’ Kent qalet li n-nar seħħ fin-naħa Franċiża tal-mina u li ħadd ma weġġa’ fl-inċident.
Kelliem qal li n-nar wassal għall-għeluq taż-żewġ mini u m’hemm ebda ferrovija disponibbli.
Sadattant,il-Eurostar ħabbret li mistennija tiftaħ il-mina mill-ġdid, possibilment illejla.
//= $special ?>