Lokali

Titnieda l-iSkinceuticals Charity Campaign 2015

F’lukanda ewlenija f’San Ġiljan, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca inawgurat il-kampanja SkinCeuticals Charity Campaign b’riżq il-Hospice Malta, f’avveniment organizzat mill-Persona Med-Aestetic Centre.

Permezz ta’ din il-kampanja li se ddum għaddejja sena, il-Hospice Malta se tkun qed tirċievi ammont fiss ta’ 5% tal-profitti annwali tal-Persona Med-Aestetic Centre, kif ukoll persentaġġ mill-bejgħ ta’ prodotti ta’ sbuħija li sar waqt din l-attivita’.

Bħala parti minn din il-kampanja, saret donazzjoni wkoll lil-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għad-Dermatologija u l-Veneralogija il-Professur Joseph Pace, liema donazzjoni se tkun qed tintuża fil-kampanji ta’ din l-għaqda favur il-prevenzjoni tal-kanċer f’Malta.

Matul din is-serata il-kelliema ewlenija ta’ SkinCeuticals Lamia Natafgi tkellmet dwar kif l-irwol ta’ inizjattivi bħal dawn huma importanti kemm għal SkinCeuticals kif ukoll għal Persona Med-Aestetic Centre, li minkejja li huma kumpaniji differenti, lkoll ghandom l-għan li jippromwovu l-importanza tal-kura tal-ġilda.