Lokali

Twissija: Maltin iħallsu għal oġġetti minn Sqallija li baqgħu qatt ma waslu

Numru ta’ persuni ħallsu lil Sicily Bargains biex jixtru prodotti minn Sqallija u jitwasslulhom f’Malta imma l-prodotti baqgħu qatt ma waslu.

Fi stqarrija, id-Direttur Ġenerali tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA, wissa’ li Jo-Anne Camilleri née Borg (numru tal-identita’ 17123A) u Morgan Eriksson (numru tal-identita’ 48250A) ma onorawx ftehim ma’ numru ta’ persuni imma xorta waħda żammew għandhom il-flus li kienu ngħatawlom.

Wara li ħarġet din it-twissija, minn fuq Facebook tneħħiet ukoll il-paġna Sicily Bargains minn fuq Facebook.