Futbol Sport

Żewġ żgħażagħ isaħħu l-iskwadra ta’ Gudja United

Gudja United komplew isaħħu l-iskwadra tagħhom b’iktar plejers żgħażagħ.

Dan wara li llum laħqu ftehim biex akkwistaw b’self lill-plejer ta’ Floriana Isaac Galea, li għandu 19-il sena, u l-plejer internazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena Nick Ghio.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).