Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron stqarr li dawk il-kumpaniji li żdidilhom il-profitt minħabba r-roħs fil-prezz internazzzjonali taż-żejt għandhom jagħtu żidiet fil-pagi tal-ħaddiema li jaħdmu magħhom.
Ċifri uffiċjali fir-Renju Unit juru li kien hemm qligħ rekord fil-qasam tal-manifattura u s-servizzi minħabba r-roħs fil-prezz taż-żejt. Dan hekk kif f’dawn l-aħħar xhur, il-prezz taż-żejt niżel għal anqas minn 50 dollaru kull barmil – nofs il-prezz li kellu fis-sajf li għadda.
Waqt li ftit jiem ilu kien fl-Istati Uniti, Cameron qal li t-tnaqqis fil-prezz taż-żejt kien se jgħin lil ħafna kumpaniji imma anki pajjiżi u hu ried li l-qligħ li qed isir jitgawda f’kull mod possibbli mill-poplu.
Ftit ġranet ilu George Osborne, il-Ministru tal-Finanzi Ingliż, għamel appell simili biex ir-roħs li hawn jibda jitgawda billi l-kumpaniji jnaqqsu l-prezzijiet wara li kienu għollewhom meta żdied il-prezz taż-żejt.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada u NET NEWS illeja
//= $special ?>