Mosta ħabbru l-akkwist tal-winger ta’ 32 sena Haruna Babandiga; eks plejer ta’ numru ta’ klabbs ewlenin fl-Ewropa kif ukoll plejer internazzjonali tan-Niġerja.
Babangida, li kapaċi jilgħab kemm fuq il-lemin u x-xellug, tela’ mill-akkademja ta’ Ajax qabel ġie akkwistat minn Barcelona fl-1997. Bejn l-1998 u l-2004 Babangida lagħab 110 partita u skurja 42 gowl mat-tieni skwadra ta’ Barcelona.
Fost numru ta’ skwadri oħra, Babangida lagħab ukoll għal Olympiacos fil-Greċja u Mainz fi Franza.
Iktar aħbarijiet mill-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>