Internazzjonali

Fl-ISTATI UNITI: Omm taħraq tarbija tat-twelid

Mara tressqet quddiem il-qorti akkużata li ħarqet it-tarbija tat-twelid tagħha f’nofs ta’ triq f’Burlington County.
L-akkużata hi Hypherenkemberly Dorviller ta’ 22 sena minn Pemberton Township, subborg minn Philadelphia.
Ġirien marru jaraw x’kien in-nar u Dorviller qaltilhom li kien ħmieġ tal-klieb imma hekk kif twaddab l-ilma fuq in-nar, il-ġirien indunaw li kien hemm tarbija u xi wħud minnhom żammewha sakemm waslu l-Pulizija.
Ir-raġuni wara din il-ġrajja traġika għad ma kinux stabbiliti u l-Pulizija qed tipprova tara x’wassal biex omm tagħmel dan lit-tarbija tagħha.