Futbol Sport

Ħidma minn Vittoriosa Stars għall-akkwist ta’ żewġ żgħażagħ Taljani

Id-Direttur Ġenerali ta’ Vittoriosa Stars Felice Bellini għaddej b’diskussjonijiet għall-akkwist tal-midfielder ta’ Mantova Matteo Severino.

Severino għandu 22 sena li fil-karriera tiegħu s’issa dejjem lagħab fl-Italja ma’ AC Cantù, Santarcangelo Calcio u Aurora Seriate qabel Mantova.

Għaddejjin ukoll diskussjonijiet bejn l-istess Bellini u Ischia għall-goalkeeper Luca Tagliatela (ritratt).

Luca, li għandu 19-il sena, hu iben Giuseppe Tagliatela, eks goalkeeper ta’ Napoli, li fil-preżent hu ċ-chairman tal-istess Ischia.

Iktar aħbarijiet mill-futbol lokali fuq Replay (Net Television).