Inċident ieħor li jinvolvi żiemel. Jidher li ftit tal-ħin ilu ħarab żiemel minn Triq Diċembru Tlettax. Iż-żiemel baqgħa maħrub għal xi ħin sakemm inqabad ftit tal-minuti ilu quddiem Mizzi House f’Blata l-Bajda.
Jidher li ż-żiemel ħarab mill-Marsa, b’xufier tat-taxi ikun l-persuna li ra ż-żiemel għaddej waħdu u rnexxielu jwaqqfu. Ftit tal-ħin wara ġie s-sid li niżżlu lura bil-pass skortat mill-pulizija.
Ħadd ma’ weġġa f’dan l-inċident u t-triq tinstab miftuħa għat-traffiku.
//= $special ?>