Illum il-Palazz ta’ Sant’ Anton fetaħ il-bibien tiegħu għas-sitt edizzjoni tal-Festa taċ-Ċitru.
Waqt il-festa taċ-ċitru jinsabu għall-bejgħ frott taċ-ċitru u prodotti oħra magħmula minn dan il-frott bħal kejkijiet u muffins bl-ingredjent ewlieni jkun dejjem il-larinġ, lumi u l-mandolin. Jinsab għall-bejgħ ukoll ikel tradizzjonali Malti u larinġ frisk magħsur.
Iċ-ċitru ġie maqtugħ kollu mis-siġar tal-palazz ta’ Sant’ Anton, flimkien mal-President ta’ Malta, s-Sur Preca u għadd ta’ tfal minn skejjel differenti. Fil-Palazz ta’ Sant’ Anton hemm madwar 600 siġra taċ-ċitru.
Id-dħul għall-Festa taċ-Ċitru huwa bla ħlas, u l-flus kollha miġbura waqt din l-attivita’ se jmorru b’risq il- Malta Communitry Chest Fund.
Ritratt: mill-paġna ta Facebook ‘L-Istrina’
//= $special ?>