Raġel ta’ 49 sena minn Raħal Ġdid inqabad mill-Pulizija tad-Distrett u minn pulizija tar-Rapid Intervention Unit wara li prova jaħrab minn residenza privata fi Triq Mater Boni Consilii f’Raħal Ġdid stess fejn kien għadu kemm wettaq serqa.
Malli waslu biswit ir-residenza il-pulizija sabu il-bieb miftuħ u lemħu lir-raġel fuq il-bejt.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija f’dan il-każ għadhom għaddejin.
//= $special ?>