Futbol Sport

Jintlagħbu €70 miljun fuq il-Kampjonat Premier u l-Ewwel Diviżjoni ta’ Malta

Stqarrija xokkanti waqt il-programm Replay fuq Net Television hekk kif is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzoni Maltija tal-Futbol, l-MFA, Bjorn Vassallo ħabbar li fi staġun wieħed fuq il-Kampjonat Premier u tal-Ewwel Diviżjoni ta’ Malta jintlagħbu xejn inqas minn €70 miljun f’betting minn madwar id-dinja.

Hu kompla li dawn iċ-ċifri jirriflettu biss betting legali, u ma jinkludux il-betting mis-suq Ażjatiku u llegali, li huma somom inkalkolabbli.

Għal ġimgħa oħra Replay kien qed jiddiskuti l-problema tal-irranġar tal-logħob u l-betting illegali; ġlieda li l-programm sportiv ta’ Replay qed jiġġieled u qed jappella lill-politiċi miż-żewġ naħat tal-ispettru politiku biex jingħaqdu miegħu għall-ġid tal-futbol Malti.

Iktar dwar dan fuq Replay (Net Television).