Futbol Sport

Jojo Bajada sorpriż bil-ħatra ta’ Winston Muscat ma’ Żurrieq

Il-kowċ Jojo Bajada spiċċa mit-tmexxija teknika ta’ Żurrieq wara li għal dawn l-aħħar ġimgħat mexxa l-klabb minflok Stefan Giglio, li kien plejer/kowċ tal-klabb.

Sorsi infurmati sew qalulna li Bajada telaq minkejja li kien offrut li jibqa’ jaħdem mal-kowċ il-ġdid ta’ Żurrieq, Winston Muscat.

F’dawn l-aħħar jiem, Bajada kompla jaħdem sabiex iġib plejers ġodda għal Żurrieq u jidher li hu kien sorpriż bil-ħatra ta’ kowċ ġdid fit-tmexxija tal-klabb.

Iktar aħbarijiet mill-futbol lokali fuq Replay (Net Television).