Lokali

L-anzjan li nstab mitluf minn sensih f’daru jitlef ħajtu

L-anzjan ta’ 70 sena,  li nhar il-Ġimgħa filgħodu nstab mitluf minn sensih fid-dar tiegħu, tilef ħajtu. 

L-anzjan , li kien jgħix waħdu,  instab mitluf minn sensih fid-dar tiegħu fi sqaq fi Triq il-Karmnu, Luqa nhar il-Ġimgħa għall-ħabta tal-9.40am. 

Minn tagħrif li kiseb dan il-portal,  jidher li wara li r-raġel kien ilu ma jidher għal diversi jiem, xi qraba informaw lill-Pulizija u minn naħa tagħhom marru immedjatament fid-dar tal-anzjan.

Wara li ma rrisponda ħadd, huma sgassaw il-bieb, li kien qiegħed jinżamm b’lasta ta’ xkupa u daħlu fir-residenza tal-anzjan.

Il-kundizzjoni tal-post għamlitha difficli li ssir tfittxija għall-anzjan u għalhekk issejħet l-assistenza tas-Sezzjoni tal-Forensika u tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jintuża l-apparat protettiv tagħhom biex jidħlu fir-residenza.

Wara tfitxijiet diffiċli li saru fuq il-post, l-anzjan instab mitluf minn sensih fis-sular ta’ fuq u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.