L-ISIS kważi rdoppja l-art li l-grupp terroristiku jikkontrolla fis-Sirja mindu koalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti bdiet azzjonijiet militari mill-ajru kontra l-grupp estremista fis-sajf.
L-ISIS kompla jespandi ‘l-kalifat’ tiegħu, minkejja aktar minn 800 azzjoni militari mill-ajru li laqtu qagħdiet f’zoni kkontrollati mill-grupp estremista.
Mappa, li nħolqot mill-Koalizzjoni għal Sirja Demokratika (CDS), turi kemm il-medda art waqgħet f’idejn l-ISIS – li issa għandu terz tal-pajjiż taħt il-kontroll tiegħu.
Qabel is-sajf, il-militanti kkontrollaw biss nofs l-art li kisbu s’issa.
“Meta wieħed jistudja l-mappa, l-ISIS kważi rdoppja l-kontroll territorjali tiegħu fis-Sirja. Iżda aktar importanti hu, li n-numru ta’ persuni li issa jgħixu taħt il-kontroll tal-ISIS ukoll żdied bl-aktar mod sostanzjali,” sostna Mouaz Moustafam konsulent politiku ta’ CDS.
Qed jingħad li miljun Sirjan ieħor spiċċaw taħt ir-reġim tal-ISIS fl-ewwel xahrejn tal-azzjonijiet militari mmexxija mill-Istati Uniti.
Iżda l-Istati Uniti u l-forzi ta’ koalizzjoni ffukaw l-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-kontroll tal-ISIS hemmhekk.
Minbarra l-azzjonijiet mill-ajru, l-Istati Uniti tappoġġja forzi fuq l-art – għalkemm m’għandhiex suldati tagħha jiġġieldu fuq l-art kontra l-militanti.
Iżda kelliem għall-kelliem għall-gvern Sirjan ammetta li z-zona li l-ISIS ikkontrolla baqgħet l-istess. Madankollu, il-forzi ta’ koalizzjoni qed ikomplu bl-attakki regolari tagħhom fis-Sirja u fl-Iraq.
Dan l-aħħar, il-koalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti wettqet sitt attakki mill-ajru qrib Kobani fis-Sirja, filwaqt li azzjoni militari qrib Ramadi fl-Iraq qerdet barkun tal-ISIS u erba’ mid-dgħajjes tiegħu.
Erba’ azzjonijiet militari wkoll saru fl-Iraq, tant li laqtu binjiet u qagħdiet tal-ġlied tal-estremisti.
//= $special ?>