Amerikana ta’ 62 sena, li tgħix ftit ‘il barra minn Pittsburgh, fl-Istati Uniti, ħadet il-qatgħa ta’ ħajjitha meta daħlet fil-kamra tal-banju tad-dar tagħha u sabet ‘jistenniha’ serp enormi, tat-tip python.
Il-mara, Debbie Lamotte, irrakkuntat l-istorja lill-ġurnalisti fil-belt ta’ Sharon u qalet li, għall-bidu, ‘ħasbet li s-serp ma kienx għajr xalla li tħalliet mal-art’.
Lamotte sostniet li dan kien l-ewwel ħsieb li għaddielha minn moħħha, ‘peress li (is-serp) kellu taħlita ta’ kuluri daqstant sbieħ’. Intant, hi indunat li x-xalla kienet serp ‘meta missitha bil-bastun u s-serp, dak il-ħin, ċaqlaq rasu’.
Il-mara sejħet lill-pulizija li waslu fuq il-post u użaw ‘old lady grabber’ — tagħmir bil-manku twil li jgħin lill-anzjani biex jiġbru l-affarijiet mingħajr ma jbaxxu — ħalli jtellgħu lis-serp u jpoġġuh ġo bagalja speċjali.
//= $special ?>