Internazzjonali

Pulizija jispara fuq kelb imma joqtol lil sidu

Pulizija Ċek li kien qed jipprova jispara fuq kelb li attakkah, spiċċa biex minflok qatel lil sidu.

Il-pulizija, aċċidentalment spara fuq sid il-kelb ta’ 23 sena, laqtu f’rasu u qatlu fil-post.

L-inċident seħħ fil-belt ta’ Prerov fil-Lvant tar-Repubblika Ċeka, wara li l-pulizija lokali ntbagħtet biex twaqqaf ġlieda barra stabbiliment tax-xorb.

Meta l-pulizija waslu fil-bar fiċ-ċentru tal-belt, għall-ewwel ipprovaw jikkalmaw grupp ta’ irġiel fis-sakra, iżda l-attentat kien falla.

Il-pulizija kienu mhedda mill-kelb, u allura wżaw il-pistoli tas-servizz tagħhom biex jiddefendu lilhom infushom

Xhud li rat l-inċident qalet li l-pulizija ma sparax mill-ewwel fuq il-kelb, iżda wara li attakkah aktar minn darba, hu kien sfurzat biex joħroġ il-pistola, u kien ċar li ried jispara fuq il-kelb. Iżda l-bullet aċċidentalment laqtet lil sid il-kelb.