Internazzjonali

Se tkompli l-kaċċa tal-ilpup fl-Iżvezja

Il-kaċċaturi fl-Iżvezja ngħataw il-permess mill-ġdid biex, din ix-xitwa, joqtlu mas-36 ilpup fil-pajjiż. Id-deċiżjoni, intant, qed titqies bħala disfatta għall-attivisti favur l-annimali, b’din il-kwistjoni tqajjem mhux ftit tal-kontroversjali fil-qasam tal-ambjent.

Qorti fl-Iżvezja, qabel, kienet iddeċidiet, fl-aħħar minuta, li kellu jieqaf il-‘wolf hunt’ tradizzjonali tal-istaġun. Madankollu, din il-kaċċa, issa, għandha tkompli wara li qorti tal-appell f’Gothenburg qalbet il-verdett inizjali.

Kelliema għall-Assoċjazzjoni tal-Kaċċaturi fl-Iżvezja faħħru din id-deċiżjoni u qalu li issa jistgħu jindirizzaw il-kaċċa tal-ilpup ‘bil-mod kif iddeċieda l-Parlament Żvediż’.

Min-naħa tagħhom, l-attivisti favur l-annimali qalu li sakemm dan il-każ jinstama’ minn qorti ogħla, ikunu diġa kkonkludew il-kaċċa staġjonali għas-36 ilpup; li jagħmlu tajjeb għal kważi għaxra fil-mija ta’ din l-ispeċi ta’ annimal fl-Iżvezja.