Ir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa u l-pożizzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil; il-vot sittax; il-liberta tal-espressjoni wara l-massakru f’Pariġi, l-eta’ tal-kunsens u stejjer oħra mill-gazzetti tal-Ħadd se jkun fiċ-ċentru tad-diskussjoni waqt Newsfeed tal-Ħadd illejla fis-seba’ neqsin kwart ta’ filgħaxija fuq Net television.
Fost il-mistiedna: Il-preżentatur tal-programm Xarabank Peppi Azzopardi; l-opinjonisti l-avukati Alex Perici Calascione u Ramona Frendo kif ukoll id-deputat laburista Godfrey Farrugia u kummenti mill-opinjonisti l-perit Michael Falzon, Andrew Azzopardi, Pierre Portelli minn The Malta Independent , Fr Hilary Tagliaferro u rapprezentanti tal-kaċċaturi u dawk kontra – fosthom il-prezentatrici Moira Delia.
Newsfeed tal-Ħadd għandu preżentazzjoni ta’ Karl Gouder u Alessia Psaila Zammit u produzzjoni ta’ Frank Psaila, l-preżentatur tal-programm Iswed fuq l-Abjad.