Futbol Sport

Eks plejer tal-Giovanili ta’ Inter bi prova ma’ Birżebuġa

Birżebuġa St. Peter’s mistennija jakkwistaw is-servizzi ta’ plejer li fil-passat kien parti mill-Giovanili ta’ F.C. Internazionale Milano.

Dan hu l-midfielder, jew aħjar kif isejħulu t-Taljani trequartista, ta’ 20 sena Luca Santoiemma li bħalissa jinsab f’pajjiżna u fl-aħħar jiem kien bi prova ma’ Birżebbuġa.

Santo kien ukoll parti mill-akkademji ta’ Legnano u Pro Patria qabel mexa’ mal-iskwadra ewlenija ta’ A.S.D. Trezzano Calcio fis-Serie D.

Iktar aħbarijiet dwar il-futbol lokali fuq Replay (Net Television).