‘Il-mirakli jeżistu’ hu t-titlu li permezz tiegħu sidt kelb iddeskriviet l-istorja ta’ Stitch.
Fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ ‘RUBS PUPPY LOVE, sidt Stitch, Sabrina, spjegat kif ftit tax-xhur ilu l-veterinarji qalula biex traqqad dan il-kelb għax qatt mhu se jerġa jibda jimxi fuq saqajh ta’ wara.
Iżda kif jixgħed dan il-filmat, il-kelb reġa’ beda jimxi fuq l-erba’ saqajn.
Sabrina kompliet tispjega kif waqt li kienet sejra tagħti l-pilloli lil Stitch, dan qam u minflok resaq lejha hu.
Sabrina tispjega kif ma setatx tieqaf tibki hekk kif rat lil Stitch lura fuq l-erba’ saqajn, u l-filmat stess jixhed l-emozzjoni tagħha kull meta tarah jimxi.
Persuni membri tal-grupp RUBS PUPPY LOVE wkoll esprimew il-ferħ tagħhom permezz ta’ kummenti pożittivi dwar din l-istorja.
//= $special ?>