Numru kbir ta’ ħaddiema tal-Enemalta mistennija jingħataw l-aħbar li se mhux se jibghu jahdmu mal-Enemalta.
Dan hekk kif In-Nazzjon illum ippubblika informazzjoni li turi kif fl-aħħar jiem bdew isiru laqgħat bejn il-General Workers’ Union u numru ta’ ħaddiema tal-Enemalta fejn l-impjegati qed jiġu infurmati b’dan it-tibdil.
Kollox jindika li din is-sitwazzjoni tista’ tolqot lil iktar minn 150 impjegat, ħaddiema li minkejja li kienu mwiegħda minn Joseph Muscat li mhux se jitilfu posthom, issa jidher li dawn l-istess ħaddiema mhux se jibqgħu jaħdmu mal-Korporazzjoni Enemalta.
Dawn it-tkeċċijiet jew trasferimenti se jolqtu lil firxa wiesa’ ta’ ħaddiema, irrelevanti l-grad tagħhom, minn managers ’l isfel.
//= $special ?>