Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti ppubblikati llum, id-19 ta’ Jannar.

IN-NAZZJON jiżvela kif aktar minn 150 ħaddiem mhux mistennija jibqgħu mal-Enemalta. Rapport ieħor jiffoka fuq iż-żjara tal-Kap tal-PN Simon Busuttil f’Għawdex, fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna illi qed issir ħidma biex il-politika tal-PN tinħassa aktar fost in-nies.

THE MALTA INDEPENDENT b’aħbar dwar pressjoni li qed issir biex jibdew jinħarġu liċenzji u assigurazzjoni għal dawk li jsuqu iż-żwiemel fit-toroq.

L-ORIZZONT jirrapporta bi prominenza d-diskors li għamel ilbieraħ il-Prim Ministru, fejn indika li l-Gvern jista’ jikkonsidra li jirtira l-proklama ta’ George Farrugia – liema proklama kienet ingħatat biex jinkixfu l-fatti kollha dwar il-kwistjoni tax-xiri taż-żejt mill-Enemalta.

THE TIMES OF MALTA b’ritratt kbir li juri l-folla rekord li attendiet għall-quddiesa li mexxa l-Papa Franġisku f’Manila, il-Filippini.