Inqas minn siegħa wara li tnediet il-website www.dieselupetrol.com, din ġiet iċċensurata mill-Aġenzija tat-Teknoloġija tal-Informatika tal-Gvern, il-MITA u għalhekk ma tistax tiġi aċċessata minn uffiċċji tal-Gvern.
Il-MITA taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar immexxi minn Chris Cardona.
Din l-aġenzija hi nkarigata mis-sistema’ tal-IT tal-Gvern u li għandha kontroll ta’ dak li jistgħu jaċċessaw l-impjegati tal-Gvern.
L-għan ta’ dan is-sit hu li wieħed ikun jista’ jifhem aktar kif il-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat qed jisraq lill-poplu Malti u Għawdxi bil-prezzijiet tad-diesel u l-petrol. Madankollu jidher li din l-informazzjoni l-Gvern jixtieq jaħbiha mill-ħaddiema.
Din iċ-ċensura tasal biss ġimgħa wara l-kontroversja Charlie Hebdo, fejn saret enfasi fuq il-liberta’ tal-espressjoni madwar id-dinja. Madankollu l-Gvern immexxi minn Joseph Muscat, li ironikament attenda għall-mixja li saret f’Pariġi, għażel li jiċċensura dan is-sit.
//= $special ?>