Il-prezz taż-żejt mhux raffinat, magħruf bħala Brent Crude, it-Tnejn reġa’ naqas għal anqas minn $50 kull barmil.
Dan hekk kif l-Iraq ħabbar produzzjoni rekord taż-żejt u l-iżvilupp ekonomiku dinji baqa’ jindika li se jkompli jkun dgħajjef.
Fl-istess ħin, iċ-Ċina, l-akbar konsumatur fid-dinja tal-enerġija, indikat li l-ekonomija tagħha se tkompli titrażżan.
It-Tnejn il-Brent Crude kien qed jinbiegħ għal $49.81 kull barmil filwaqt li ż-żejt mhux raffinat Amerikan kien qed jinbiegħ għal $48.18 kull barmil.
Esperti internazzjonali fil-qasam qalu li bħalissa fis-suq hemm provista akbar mit-talba u s-sitwazzjoni mhux mistennija tinbidel għalissa.
Iż-żejt għal darb’oħra anqas minn $50
