Futbol Sport

Jasal Malta Vladimir Savicevic

Vladimir Savicevic, li wasal Malta llum biex jiffirma maċ-champions Maltin, hu midfielder offensiv Montenegrin ta’ 25 sena.

Vladimir, iben l-eks plejer ta’ Milan u l-President attwali tal-Federazzjoni tal-futbol fil-Montenegro, Dejan Savicevic, mistenni jinżel għall-ewwel darba għat-taħriġ għada.

Savicevic kien reġistrat l-aħħar ma’ Mladost Podgorica tal-Montenegro u dan l-istaġun diġa’ lagħab 18-il partita u skorja gowl wieħed.

Lagħab ukoll għal Mladost Lucani, FK Srem, FK Metalac u Kolubara fis-Serbja kif ukoll SK Altheim u Gurten fl-Awstrija.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).