Lokali

Jinqaleb vann f’Tal-Barrani

Vann inqaleb wara li għall-ħabta tat-20:30 intlaqgħat minn vettura f’Tal-Barrani.

Jidher li mal-impatt is-sewwieq tal-vann tilef il-kontroll, qabad is-central strip, bil-konsegwenza li inqaleb. Malli ra hekk is-sewwieq tal-vettura li laqgħat il-vann baqa’ sejjer.

Fortunatament ħadt ma weġġa’ f’dan l-inċident li seta’ kellu konsegwenzi iktar serji.