Il-Familja Rjali tal-Arabja Sawdija qed tibni ‘ħajt tas-sigurta’, fuq distanza ta’ 600 mil, bl-iskop li ssaħħaħ il-fruntieri ta’ pajjiżha lejn it-Tramuntana.
Dan il-ħajt – fence – jinkorpora wkoll il-gandotti minbarra t-torrijiet mgħammrin bir-radar għal sorveljanza; ċentri tal-kmand u kwartieri speċifiċi għall-gwardjani. L-iskop ewlieni wara dan hu biex l-Arabja Sawdija tipproteġi t-territorji tagħha minn xi invażjoni tal-jihadisti mal-Grupp Stat Iżlamiku (ISIS).
Ftit tal-jiem ilu, żewġ gwardjani Sawdi u l-uffiċjal tagħhom inqatlu waqt attakk (li kien jinkludi splużjoni suwiċida) fuq iz-zona tagħhom, maġenb il-fruntiera. ‘Il quddiem, analista rrefera għall-attakk bħala ‘l-ewwel wieħed tal-ISIS fuq l-Arabja Sawdija’.
Ħadd ma assuma responsabbilta għall-attakk inkwistjoni li kkonċentra fuq inħawi remoti qalb id-deżert. Madankollu, hu wkoll indikattiv il-fatt l-aggressjoni kellha sseħħ viċin il-provinċja ta’ Anbar, fl-Iraq, fejn il-militanti tal-ISIS qed jikkumbattu lill-qawwiet tal-Gvern Iraqi.
//= $special ?>