Futbol Sport

L-ebda każ ta’ allegat korruzzjoni fil-futbol irrapurtat lill-Pulizija fl-istaġun 2014/15

Il-Pulizija ma wettqet l-ebda investigazzjoni b’rabta ma’ allegat korruzzjoni fil-futbol Malti fl-istaġun 2014/15 għaliex ma ġewx irrapurtati allegazzjonijiet ta’ korruzjoni lill-Pulizija.

Dan joħroġ minn risposta li l-Ministru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela fil-Parlament ta lill-Kelliem tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar, li għamel Mistoqsija Parlamentari wara d-diskussjoni waqt il-programm Replay dwar il-match fixing u l-betting illegali fil-futbol lokali.

Fil-mistoqsija tiegħu, Robert Cutajar staqsa lill-Ministru kemm-il każ ta’ allegata korruzzjoni fil-futbol lokali ġie jew qed jiġi investigat mill-pulizija matul dan l-istaġun (2014/15), kemm u liema logħbiet ġew jew qed jiġu investigati mill-pulizija jekk kemm-il darba saru jew qed isiru investigazzjonijiet fuq allegata korruzzjoni?

Iktar dwar il-futbol lokali fuq Replay (Net Television).