L-awtoritajiet tas-saħħa fl-Italja jinsabu fuq allert minħabba numru ta’ każi tal-H1N1, jew kif inhi magħrufa aħjar bħala swine flu. Filfatt fl-aħħar jiem fl-isptarijiet madwar l-Italja ġew rikoverati numru ta’ pazjenti.
Fl-aħħar ġimgħatejn mal-ħamsin persuna ddaħħlu għall-kura intensiva. Raġel ta’ 67 tilef ħajtu f’Aosta filwaqt li mara ta’ 65 sena mietet ix-xahar li għadda f’Padova. Minkejja li ż-żewġ persuni kienu jbatu minn kundizzjonijiet oħra, it-tobba qalu li kienet din l-influenza li ggravat is-sitwazzjoni medika u wasslet għall-mewt.
Skont rapporti fl-Italja, fil-maġġoranza tal-każi l-pazjenti kienu rrifjutaw li jieħdu t-tilqima kontra l-influenza, anke’ minħabba biża’ wara rapporti li dan il-vaċċin jista’ jkollha
//= $special ?>