Futbol Sport

L-MFA bi stedina lill-awtoritajiet biex jingħataw informazzjoni fuq il-match fixing

L-MFA se tkun qed tibgħat inviti lill-awtoritajiet kompetenti biex jattendu għal tour ta’ Say No to Match Fixing, immexxi mill-Integrity Officer Franz Tabone, biex jingħataw informazzjoni dwar x’inhi l-problema tal-match fixing.

Mistennija tinħatar ukoll Task force li fuqha għandu jkun hemm nies importanti bħalma sar f’pajjiżi oħra.

Mistoqsi minn Replay, il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar qal li l-Korp se “jipparteċipa b’mod attiv.”

Iktar aħbarijiet mill-futbol lokali fuq Replay (Net Television).