Lokali

Lawrence Gonzi jgħid li rrifjuta li jiltaqa’ ma’ Cathy Farrugia

Fi stqarrija l-eks Priministru Lawrence Gonzi għamel referenza għal dak li ġie ippublikat fil-MaltaToday dwar il-każ tax-xiri taż-żejt liema storja fuq il-MaltaToday wasslet għas-sospensjoni tal-Inġinier Godwin Sant.

Fl-istqarrija Lawrence Gonzi iddikjara illi minn riċerka li għamel fir-records tal-emails tiegħu, sab li bejn l-2006 u l-2013, jeżistu 96,433 messaġġi li rċieva u 46,086 messaġġi li wieġeb, b’total ta’ 142,519 il-messaġġ. Fost dawn kien hemm messaġġ ta’ Cathy Farrugia li fl-4 ta’ Frar 2008 awguratlu għall-elezzjoni tat-8 ta’ Marzu 2008 u li huwa wieġeb fit-19 ta’ Marzu 2008 u messaġġ ieħor fit-2 ta’ Lulju 2008 li bih talbitu laqgħa għar-raġel tagħha.

Lawrence Gonzi wieġeb fit-3 ta’ Lulju u talab informazzjoni dwar is-suġġett. Dak in-nhar stess irċieva t-tweġiba li s-suġġett kien jittratta tender u l-eks Priministru mill-ewwel wieġeb li fuq punt ta’ prinċipju ma jaċċettax li jkollu laqgħat dwar suġġetti li jittrattaw tenders u insista li kollox kellu jkun “on record” u jekk hemm allegazzjonijiet ta’ irregoralitarjiet allura dawn kellhom jiġu riferuti lill-awtoritajiet kompetenti.