Futbol Sport

Leighton Grech hu plejer ta’ Qormi F.C.

L-attakkant ta’ 24 sena Leighton Grech ingħaqad ma’ Qormi F.C. B’hekk ikkonfermata l-aħbar li ta dan is-sit jumejn ilu, kif ukoll mill–programm sportiv ta’ Net Television, Replay li kien intlaħaq ftehim bejn Birkirkara u Qormi.

Kif dejjem saħaq Replay, Qormi minn dejjem kien il-klabb li qed joffri l-eqreb offerta għal dik ta’ €45,000 mitluba minn Birkirkara għall-plejer.

Grech, li kien issieħeb ma’ Birkirkara fis-Sajf tal-2011 mingħand Hibernians, hu magħruf għall-ħeffa u t-teknika tiegħu. Plejer li minn dejjem wera’ l-potenzjal tiegħu tant li ddebutta fil-Kampjonat Premier fil-partita kontra St. George’s nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju 2007, meta kellu biss 17-il sena.

Matul il-karriera tiegħu Leighton Grech lagħab ukoll għal Vittoriosa Stars fl-istaġun 2010/11, kif ukoll mal-istess Qormi wkoll b’self fl-2012/13.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).