Birkirkara se jiffirmaw lill-goalkeeper mill-Bożnija Herżegovina Mirza Hamzabegovic li għandu 24 sena u hu twil 190 ċentimetru.
Sa mill-bidu nett tal-kampjonat l-Istripes kienu qed ifittxu li jiffirmaw gowlkiper barrani iżda ma rnexxilhomx isibu wieħed li jissodisfa lill-kowċ Paul Zammit.
Hamzabegovic kien qed jilgħab l-aħħar f’pajjiżu iżda mhux fl-ogħla livell tal-Kampjonat Bożnijak. L-aħħar klabb tiegħu kien NK Bratstvo.
Wieħed għad irid jara jekk Hamzabegovic hux se jirnexxielu jirbaħ postu bħala l-goalkeeper numru wieħed ta’ Birkirkara b’kompetizzjoni diretta ma’ Justin Haber.
Iktar aħbarijiet mill-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>