Futbol Sport

Paul Andrews – difensur Irlandiż bi prova ma’ Żebbuġ Rangers

F’pajjiżna mistenni jasal id-difensur Irlandiż ta’ 24 sena Paul Andrews għal prova ma’ Żebbuġ Rangers.

S’issa Andrews dejjem lagħab fil-Kampjonat Irlandiż; ma’ Shelbourne u Drogheda United. Kien wara li d-difensur inħall mill-kuntratt ma’ dawn tal-aħħar li Żebbuġ stiednuh jiġi Malta bi prova.

Intant il-President ta’ Żebbuġ, Joe Pace, ċaħad rapporti li dehru f’sezzjoni oħra tal-midja li l-klabb hu nteressat fl-akkwist tad-difensur ta’ Mosta Ishmael Grech.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).