Waqt Replay Ikompli, li jixxandar fuq Radio 101 kull nhar ta’ Tnejn fis-18:60, ġie żvelat li matul din il-ġimgħa mistenni jintlaħaq qbil bejn Birkirkara u Qormi F.C. għat-tpartit tal-plejers Mauricio Mazzetti u Alejandro Mendoza.
Mendoza, li għandu 28 sena, hu difensur Spanjol li ssieħeb ma’ Birkirkara fis-Sajf tal-2012 u mal-klabb lagħab 83 partita, li 80 minnhom beda mill-bidu. Hu skurja wkoll tliet gowls f’pajjiżna.
Minn naħa l-oħra d-difensur Arġentin Mauricio Mazzetti hu meqjus fost l-aqwa difensuri f’Malta u wkoll għandu 28 sena.
Qbil bejn iż-żewġ klabbs hu imminenti.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>