Lokali Qorti

Sena ħabs wara li nqabad jisraq “chaser” minn karozza pparkjata

Libjan ta’ 35 sena ġie kkundannat sena ħabs wara li ammetta li nhar l-Erbgħa seraq chaser minn karozza pparkjata fil-Belt Valletta.

Il-Maġistrat Aaron Bugeja ordna lir-raġel biex jagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga sakemm iservi t-terminu tiegħu fil-ħabs.

Kaled Mohamed Ben Gamhur inqabad fil-fatt iwettaq is-serqa u ċ-chaser kien ingħata lura lil sidu.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Carlos Cordina, filwaqt li l-Avukat Christopher Chircop deher għall-akkużat.