Futbol Sport

Tarabai jista’ jħalli lil Hibernians

L-attakkant ta’ Brażiljan ta’ 29 sena ta’ Hibernians, Edison Luiz dos Santos jista’ jħalli lill-leaders tal-Kampjonat Premier fil-bidu ta’ Marzu li ġej.

Dan hekk kif kelliem għall-plejer qal lil Replay li fil-jiem li għaddew, klabb mill-Korea t’Isfel għamel offerta attraenti għall-akkwist ta’ dan il-plejer. Il-kampjonat f’dan il-pajjiż jibda f’Marzu.

Kelliem għal Hibernians qal li ma jixtiqux li jħallu lil Tarabai jitlaq madankollu jidher li l-klabb lest li jħalli lill-Brażiljan jitlaq għal kollox kemm-il darba l-Pawlisti jkunu rebħu matematikament il-Kampjonat Premier.

Hibernians qed jikkonsidraw l-alternattivi kollha tant li mhux eskluża l-possibilta’ li fil-jiem li ġejjin jiġu Malta xi plejers barranin bi prova magħhom.

Ritratt ta’ Stefan Zahra.

Iktar aħbarijiet mill-futbol lokali fuq Replay (Net Television).