Vjaġġ tal-Gozo Channel li kien skedat li jitlaq minn Għawdex lejn Malta f’nofsinhar ittardja b’nofs siegħa, u filfatt telaq fin-nofs siegħa.
Jirriżulta li dan id-dewmien seħħ hekk kif weħlet ir-rampa tal-vapur propju qabel dan kien se jħalli l-Port tal-Imġarr.
Il-ħaddiema tal-Gozo Channel ma kellhomx triq oħra ħlief li jwaqqfu l-vapur milli jħalli l-port u bħala mezz ta’ siġurta’ talbu lill-passiġġieri kollha abbord biex jinżlu minn fuq il-vapur.
//= $special ?>