L-eks sid ta’ pittura ta’ Caravaggio li spiċċat f’kontroversja, tilef il-battalja tiegħu għal kumpens minn dar tal-irkanti.
Lancelot William Thwaytes kien bigħ il-pittura The Cardsharps f’Sotheby’s fl-2006 għal £46,000 wara li qalulu li saret minn student ta’ Caravaggio.
Sussegwentament is-sid il-ġdid assikura l-pittura għal miljuni ta’ Sterlini – wara li ħabib qrib tiegħu, li hu espert tal-arti, stqarr li fil-fatt il-pittura kienet oriġinali ta’ Caravaggio.
Id-dar tal-irkanti sostniet li l-pittura mhix tal-artist.
Thwaytes ipprova jħarrek lil Sotheby’s ta’ Londra, talli tatu parir ħażin wara li s-sid il-ġdid kien ta l-valur ta’ £10 miljun lill-pittura.
L-avukati ta’ Thwaytes akkużaw lil Sotheby’s talli hi ma kkonsultatx biżżejjed esperti tal-arti, jew talli ma għamlitx riċerka dwar il-pittura qabel ma din inbigħet fl-2006.
Iżda l-imħallef fil-Qorti Superjuri ta’ Londra ddeċieda li d-dar tal-irkanti kienet ikkonkludiet li l-kwalità tal-pittura “ma kinitx suffiċjenti biżżejjed biex tindika li saret mill-pinzell ta’ Caravaggio”.
//= $special ?>