Simon Peter Chircop ta’ 47 sena li ammetta li fl-20 ta’ Awwissu, pprova jisraq il-karozza ta’ spettur tal-pulizija ġie kundannat tliet snin ħabs wara li l-Qorti qalet li jidher li dan mhux qed jitgħallem minn diversi opportunitajiet li ngħatawlu matul iż-żmien mill-istess Qrati tal-Ġustizzja.
Chircop ġie wkoll immultat €916 wara li ammetta li pprova jisraq il-karozza għall-ħabta tal-17:00, li hedded lill-Ispettur u li kellu fil-pusses tiegħu sikkina.
Meta ġiet biex tagħti s-sentenza, l-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, qalet li Chircop hu reċidiv u qisu ma jridx jitgħallem mid- diversi opportunitajiet li ngħatawlu matul iż-żmien. Għalhekk tħoss li l-aktar piena li tixraq f’dan il-każ hija waħda karċerarja. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef.
//= $special ?>